Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 17

Il-Bibbja kif tistaʼ tgħin lill-familja tiegħek?

IRĠIEL MIŻŻEWĠIN/MISSIRIJIET

“L-irġiel b’dan il-mod għandhom iħobbu lin-nisa tagħhom, bħal ġisimhom stess. Min iħobb lil martu jħobb lilu nnifsu, għax ebda bniedem qatt ma bagħad lil ġismu stess; imma jitimgħu u jgħożżu . . . Kull wieħed minnkom għandu jħobb lil martu bħalu nnifsu.”

Efesin 5:28, 29, 33

“Missirijiet, iddejqux lil uliedkom, imma ibqgħu rabbuhom fid-dixxiplina u l-gwida mentali taʼ Ġeħova.”

Efesin 6:4

NISA MIŻŻEWĠIN

“Il-mara għandu jkollha rispett profond lejn żewġha.”

Efesin 5:33

“Intom nisa miżżewġin, kunu sottomessi lejn żwieġkom bħalma jixraq fil-Mulej.”

Kolossin 3:18

TFAL

“Tfal, obdu lill-ġenituri tagħkom f’unjoni mal-Mulej, għax dan hu sewwa: ‘Onora lil missierek u lil ommok’; li hu l-ewwel kmand b’wegħda: ‘Biex jaħbatlek tajjeb u ddum żmien twil fuq l-art.’”

Efesin 6:1-3

“Intom tfal, obdu lill-ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan jogħġob lill-Mulej.”

Kolossin 3:20