Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 18

Kif tistaʼ tersaq qrib lejn Alla?

“O Semmiegħ it-talb, għandek jiġu n-nies taʼ kull xorta.”

Salm 65:2

“Afda f’Ġeħova b’qalbek kollha u tistrieħx fuq fehmtek stess. Agħti kasu fil-mogħdijiet tiegħek kollha, u hu jiddrittalek triqatek.”

Proverbji 3:5, 6

“Il-ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”

Ġwanni 17:3

“Fil-fatt, [Alla] m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.”

Atti 17:27

“Dan inkompli nitlob, li mħabbitkom tikber u toktor dejjem iżjed b’għarfien eżatt u dixxerniment sħiħ.”

Filippin 1:9

“Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, ħa jibqaʼ jitlob lil Alla, għax hu jagħti b’mod ġeneruż u mingħajr ma jċanfar lil ħadd; u jingħatalu.”

Ġakbu 1:5

“Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom. Naddfu idejkom, midinbin, u saffu qlubkom, intom l-indeċiżi.”

Ġakbu 4:8

“L-imħabba t’Alla tfisser dan: li nosservaw il-kmandamenti tiegħu; u madankollu l-kmandamenti tiegħu m’humiex tqal.”

1 Ġwanni 5:3