Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 1

Min hu Alla?

“Biex in-nies ikunu jafu li int, li ismek hu Ġeħova, Int waħdek l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.”

Salm 83:18

“Kunu afu li Ġeħova hu Alla. Hu li għamilna, u mhux aħna nfusna.”

Salm 100:3

“Jien Ġeħova. Dak hu ismi; u lil ħadd iktar ma nagħti l-glorja tiegħi, lanqas it-tifħir tiegħi lix-xbihat minquxin.”

Isaija 42:8

“Kulmin isejjaħ isem Ġeħova jiġi salvat.”

Rumani 10:13

“Naturalment, kull dar tinbena minn xi ħadd, imma dak li bena kollox hu Alla.”

Ebrej 3:4

“Erfgħu għajnejkom fl-għoli u araw. Min ħalaqhom dawn l-affarijiet? Dak li qed joħroġ l-armata tal-kwiekeb bin-numru tagħhom u jsejħilhom kollha b’isimhom. Minħabba l-abbundanza t’enerġija attiva, billi għandu wkoll qawwa enerġetika, lanqas waħda minnhom m’hi nieqsa.”

Isaija 40:26