Isaija 3:1-26

3  Għax, ara, il-Mulej il-veru,+ Ġeħova taʼ l-armati, qed ineħħi minn Ġerusalemm+ u minn Ġuda kull appoġġ u għajnuna, jiġifieri, il-ħobż u l-ilma,+  ir-raġel setgħan u l-gwerrier, l-imħallef u l-profeta,+ dak li jipprattika t-teħbir u x-xiħ,+  il-kap taʼ ħamsin+ u r-raġel rispettat ferm u l-kunsillier u l-espert fl-arti tal-maġija, u s-saħħâr tas-sengħa.+  U nagħmel lit-tfal bħala prinċpijiet tagħhom, u l-qawwa li biha jaħkmu fuqhom jużawha skond kif ifettlilhom.+  U n-nies ikunu tiranni fuq xulxin, kull wieħed fuq sieħbu.+ Se jqumu kontra xulxin, it-tifel kontra x-xiħ,+ u dak li ma tantx hu stmat kontra dak li għandu jiġi onorat.+  Għax kull wieħed se jaqbad lil ħuh f’dar missieru, u jgħidlu: “Għandek mantell. Imissek tkun id-dittatur+ tagħna u din il-ħerba kollha tkun taħt idejk.”  Hu se jgħolli leħnu dakinhar, u jgħid: “M’iniex se ndewwi l-feriti; u f’dari la hemm ħobż u lanqas mantelli. M’għandkomx tagħmluni dittatur fuq il-poplu.”  Għax Ġerusalemm tfixklet u Ġuda waqaʼ,+ għax ilsienhom u l-għemejjel tagħhom huma kontra Ġeħova,+ billi ġabu ruħhom b’mod ribelluż fl-għajnejn glorjużi tiegħu.+  L-espressjoni stess taʼ wiċċhom tixhed kontrihom,+ u jgħidu dwar id-dnub tagħhom li jixbah lil taʼ Sodoma.+ Ma ħbewhx. Gwaj għalihom! Għax ġabu l-gwaj fuqhom infushom.+ 10  Għidu li se jaħbatlu tajjeb lill-ġust,+ għax hu se jiekol frott l-għemejjel tiegħu.+ 11  Jaħasra għall-ħażin! Gwaj! Għax kif ittratta lil ħaddieħor se jiġi trattat!+ 12  U dawk li jagħtu x-xogħol lill-poplu tiegħi qed jaġixxu bl-aħrax, u n-nisa qed jaħkmu fuqu.+ O poplu tiegħi, dawk li qed imexxuk qed iġegħluk tiżvija,+ u ħawdulek it-triq minfejn għandek tgħaddi.+ 13  Ġeħova jieħu postu għall-kawża u jqum bil-wieqfa biex jaqtaʼ s-sentenza fuq il-popli.+ 14  Ġeħova jressaq għall-ġudizzju lix-xjuħ u lill-prinċpijiet tal-poplu tiegħu.+ “U intom ħraqtu l-għalqa tad-dwieli. Dak li ttieħed b’serq mingħand il-magħkus jinsab fi djarkom.+ 15  Xi tridu tgħidu biha meta tgħaffġu lill-poplu tiegħi, u tisħqu wiċċ il-magħkusin?”+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-armati. 16  U Ġeħova jgħid: “Talli l-bniet taʼ Sijon saru suppervi u jimxu b’għonqhom imserdaq waqt li b’għajnejhom jitfgħu ħars provokattiv, u jimxu b’passi ħfief u żgħar, u jċenċlu b’saqajhom,+ 17  Ġeħova se jimla l-qorriegħa taʼ ras il-bniet taʼ Sijon bil-qoxra,+ u Ġeħova se jikxfilhom ġbinhom.+ 18  Dakinhar Ġeħova se jneħħi s-sbuħija taċ-ċpiepet u l-faxex taʼ madwar ir-ras u l-ornamenti għamla taʼ qamar,+ 19  l-imsielet u l-brazzuletti u l-velijiet,+ 20  taʼ kull għata tar-ras u l-katini ornamentali tas-saqajn u t-trieħi taʼ madwar is-sider+ u r-reċipjenti tal-fwieħa* u l-amuleti għamla taʼ bebbux,+ 21  iċ-ċrieket u l-ħoloq taʼ l-imnieħer,+ 22  l-ilbies ċerimonjali u t-tuniki taʼ fuq u l-imnatar u l-boroż, 23  u l-mirja taʼ l-idejn+ u l-ilbiesi taʼ taħt u t-turbantijiet+ u l-velijiet kbar.+ 24  “U jrid iseħħ li minflok riħa taʼ żejt tal-balzmu+ jkun hemm biss riħa taʼ moffa; u minflok ċinturin, ħabel; u minflok stil taʼ xagħar artistiku, qargħa;+ u minflok ilbies rikk, tħażżim bl-ilbies taʼ l-ixkora;+ u marka tat-timbru+ minflok ġmiel. 25  Bis-sejf jaqgħu l-irġiel tiegħek, u s-setgħa tiegħek tgħib bil-gwerra.+ 26  U l-bibien tagħha jkollhom jagħmlu l-vistu+ u jesprimu n-niket, u hi tiżvojta. U se toqgħod bil-qiegħda maʼ l-art.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “djar tar-ruħ.”