Isaija 33:1-24

33  Gwaj għalik li qed tħarbat mingħajr ma titħarbat, u int li qed tittradixxi mingħajr ma jittraduk!+ Malli tispiċċa tħarbat, se titħarbat.+ Malli tieqaf tittradixxi, se jittraduk.+  O Ġeħova ħenn għalina.+ Fik ittamajna.+ Kun id-driegħ tagħna+ kull fil-għodu,+ iva, is-salvazzjoni tagħna fi żmien taʼ niket.+  Mal-ħoss taʼ l-għajat tiegħek il-popli jaħarbu.+ Hekk kif tqum, il-ġnus jinxterdu.+  Bħalma l-wirdien ikaxkar kollox, hekk se tinġabar il-priża+ tagħkom, u se jaqbżu fuqha bħal qtajjaʼ ġurati.+  Ġeħova se jitgħolla,+ għax hu jgħammar fl-għoli.+ Hu se jimla lil Sijon bil-ġustizzja u s-sewwa.+  Il-fedeltà li tintwera fi żminijietek se tkun rikkezzi taʼ salvazzjoni+—l-għerf, l-għarfien,+ u l-biżaʼ taʼ Ġeħova.+ Dan hu t-teżor tiegħu.  Ara! L-eroj tagħhom għajtu fit-triq; il-messaġġiera tal-paċi+ se jibku biki taʼ mrar.  It-toroq ewlenin ġew abbandunati;+ dak li kien jgħaddi mill-mogħdija m’għadux.+ L-għadu kiser il-patt;+ stmerr il-bliet;+ ma tax kas il-bniedem mortali.+  Il-pajjiż qiegħed bil-vistu, iddgħajjef.+ Il-Libanu ġie avvilit;+ tmermer. Is-Saron+ saret bħal pjanura tad-deżert; u l-Basan u l-Karmel qed iwaqqgħu l-weraq tagħhom.+ 10  “Issa se nqum,”+ jgħid Ġeħova, “issa se nogħla;+ issa se nintrefaʼ.+ 11  Intom tnisslu ħaxix niexef;+ se tildu t-tiben.* L-ispirtu tagħkom stess, bħal nar,+ se jiblagħkom.+ 12  U l-popli jsiru bħal dak li jifdal mill-ġir maħruq. Jingħataw in-nar bħax-xewk maqtugħ.+ 13  Isimgħu, intom li qegħdin ’il bogħod, x’se jkolli nagħmel!+ U intom li qegħdin viċin, kunu afu s-setgħa tiegħi.+ 14  F’Sijon il-midinbin qed jitwerwru;+ l-apostati+ nħakmu mit-tregħid u jgħidu: ‘Min minna jistaʼ jgħammar għal xi żmien maʼ nar li jiblaʼ?+ Min minna jistaʼ jgħammar għal xi żmien maʼ ħġejjeġ tan-nar li jaqbdu għal żmien twil?’+ 15  “Hemm wieħed li miexi kontinwament fis-sewwa+ u jitkellem dak li hu rett,+ li qed jirrifjuta l-qligħ inġust mill-frodi,+ li qed ifarfar idejh milli jaċċetta t-tixħim,+ li qed isodd widnejh biex ma jismax it-tixrid taʼ demm, u qed jagħlaq għajnejh sabiex ma jarax dak li hu ħażin.+ 16  Hu jkun dak li jgħammar fuq l-għoljiet;+ bħala post fl-għoli taʼ sigurtà se jkollu l-postijiet bil-blat li diffiċli biex jintlaħqu.+ Ħobżu jingħatalu;+ u l-ilma ma jonqoslux.”+ 17  Għajnejk se jaraw sultan sabiħ;+ se jaraw pajjiż ’il bogħod.+ 18  Qalbek se tikkummenta fuq ħaġa tal-biżaʼ b’ton baxx:+ “Fejn hu s-segretarju? Fejn hu dak li jħallas?+ Fejn hu dak li jgħodd it-torrijiet?”+ 19  Ma tarax poplu insolenti, poplu b’lingwa tqila ħafna biex tifhimha, taʼ lsien itemtem li ma tifhmux.+ 20  Ħares lejn Sijon,+ il-belt taʼ l-okkażjonijiet taʼ festi tagħna!+ Għajnejk se jaraw lil Ġerusalemm bħala post mgħammar bla tfixkil, tinda li ħadd ma jżarmaha.+ L-imsiemer tat-tinda qatt ma jinqalgħu ’l barra, u l-ħbula tagħha ma jinqatgħux fi tnejn.+ 21  Imma hemmhekk il-Maestuż,+ Ġeħova, se jkun għalina bħal xmajjar+ u kanali wesgħin. L-ebda flotta taʼ xwieni ma tgħaddi minnhom, u l-ebda bastiment maestuż ma jaqsamhom. 22  Għax Ġeħova hu l-Imħallef tagħna,+ Ġeħova hu Dak li jagħtina l-istatuti,+ Ġeħova hu s-Sultan tagħna;+ hu se jsalvana.+ 23  Il-ħbula taʼ l-għadu jridu jiddendlu merħijin; l-arblu tal-bastiment tagħhom mhux se jżomm wieqaf fis-sod; huma ma fetħux il-qlugħ. Dak iż-żmien, il-priża abbundanti se tinqasam; iz-zopop fil-fatt se jieħdu priża kbira.+ 24  U ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: “Jien marid.”+ In-nies li jgħixu fl-art se jkun inħafrilhom l-iżball tagħhom.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-nota taʼ taħt.