Proverbji 13:1-25

  • Dawk li jitolbu parir huma għorrief (10)

  • Persuna li tittama għal xi ħaġa li ma tiġrix, tiddispra (12)

  • Messaġġier leali jġib il-benefiċċji (17)

  • Min jagħmilha mal-għorrief se jsir għaref (20)

  • Id-dixxiplina hi turija taʼ mħabba (24)

13  Tifel għaref jaċċetta d-dixxiplina mingħand missieru,Imma xi ħadd arroganti* ma jismax meta jiġi kkoreġut.   Meta bniedem jitkellem b’mod tajjeb, hu se jibbenefika,Imma t-traditur* iħobb il-vjolenza.   Min joqgħod attent għal dak li jgħid jipproteġi ħajtu,Imma min jitkellem iżżejjed se jinqered.   Xi ħadd għażżien jixtieq ħafna affarijiet, iżda m’għandu* xejn,Imma dak* li jaħdem iebes se jkun sodisfatt.*   Bniedem ġust jobogħdu l-gideb,Imma bniedem ħażin jagħmel affarijiet li jġibu mistħija u diżunur.   Il-ġustizzja tipproteġi lil min hu innoċenti,Imma l-ħażen iġiegħel lill-midneb* ibati.   Hemm min jippretendi li hu sinjur, imma m’għandu xejn,U hemm min jippretendi li hu fqir, imma għandu ħafna ġid.   Xi ħadd sinjur juża l-ġid tiegħu biex isalva ħajtu,Imma xi ħadd fqir lanqas biss jiġi mhedded.   Il-ġust hu bħal lampa li tagħti dawl qawwi,*Imma l-ħażin hu bħal lampa li se tintefa. 10  Min hu prużuntuż jaqlaʼ l-ġlied,Imma dawk li jitolbu parir* għandhom l-għerf. 11  Il-ġid li jinkiseb malajr* se jonqos u jispiċċa,Imma l-ġid li wieħed iġemmaʼ ftit ftit* se jiżdied. 12  Persuna li tittama għal* xi ħaġa li ma tiġrix, tiddispra,Imma meta x-xewqa taʼ xi ħadd issir realtà din tkun bħal siġra tal-ħajja. 13  Min jobgħod it-tagħlim* se jbati l-konsegwenzi,Imma min jirrispetta l-kmandamenti se jiġi ppremjat. 14  It-tagħlim tal-għaref jagħti l-ħajjaU jistaʼ jsalva lil xi ħadd min-nases tal-mewt. 15  Min hu bil-għaqal ikun approvat,Imma dak li jagħmlu t-tradituri jaqlaʼ ħafna problemi. 16  L-għaqli jaħseb qabel ma jagħmel xi ħaġa,Imma min hu iblah jikxef il-bluha tiegħu. 17  Messaġġier ħażin iġib l-inkwiet,Imma wieħed leali jġib il-benefiċċji. 18  Kull min jinjora d-dixxiplina jispiċċa fqir u ddiżonorat,Imma min jaċċetta l-korrezzjoni* se jiġi gglorifikat. 19  Meta xewqa ssir realtà, din tferraħ il-qalb,*Imma l-istupidu jkun irid jibqaʼ fil-ħażen. 20  Min jagħmilha mal-għorrief se jsir għaref,Imma min jagħmilha mal-istupidi se jbati. 21  L-inkwiet jiġri wara l-midinbin,Imma l-ġusti se jiġu ppremjati b’ħafna barkiet. 22  Min hu tajjeb iħalli wirt għat-tfal tat-tfal tiegħu,Imma l-ġid li għandu l-midneb se jinżamm għall-ġust. 23  L-art maħduma tal-fqir tipproduċi ħafna,Imma dan* jistaʼ jinħataf minħabba l-inġustizzja. 24  Min ma jikkoreġix* it-tifel tiegħu, jobogħdu,Imma min iħobbu, żgur* jiddixxiplinah. 25  Il-ġust jiekol u jixbaʼ,Imma l-ħażin jibqaʼ bi stonku vojt.

Noti taʼ taħt

Jew “li jwaqqaʼ għaċ-ċajt.”
Jew “ruħ it-traditur.”
Jew “ruħu m’għandha.”
Jew “ir-ruħ.”
Letteralment “se jeħxien.”
Jew “lil dak li jagħmel id-dnub.”
Letteralment “li tifraħ.”
Jew “dawk li jikkonsultaw flimkien.”
Jistaʼ jkun bʼmod diżonest.
Letteralment “li jiġbor bʼidu.”
Jew “tistenna.”
Jew “il-kelma.”
Jew “it-twiddib.”
Jew “tkun ħelwa għar-ruħ.”
Jew “hu.”
Jew “jikkastigax; jiddixxiplinax.”
Jew forsi “mill-ewwel.”