Salm 114:1-8
114 Meta Iżrael ħareġ mill-Eġittu,Meta d-dar taʼ Ġakobb ħarġet minn fost in-nies li kienu jitkellmu lingwa barranija,
2 Ġuda sar il-post qaddis* t’Alla,U Iżrael sar tiegħu.
3 Meta l-baħar ra l-poplu ġej, infetaħ,U mix-Xmara Ġordan ma baqax għaddej ilma.
4 Il-muntanji qabżu bħal muntunU l-għoljiet bħal ħaruf.
5 X’ġiegħlek tinfetaħ, baħar?
Għala l-ilma ma baqax għaddej minnek, Xmara Ġordan?
6 Għala qbiżtu bħal muntun, muntanji,U bħall-ħrief, għoljiet?
7 Art, triegħed quddiem il-Mulej,Quddiem l-Alla taʼ Ġakobb,
8 Li jbiddel il-blata f’għadira bil-qasabU l-blata taż-żnied f’nixxigħat taʼ ilma.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “is-santwarju.”