Salm 120:1-7
Għanja tat-Tlajjaʼ.*
120 Meta kont qed inbati,Jien għajjatt lil Ġeħova għall-għajnuna,U hu wiġibni.
2 Ġeħova, eħlisni* minn dawk li jigdbu fuqiU minn dawk li jqarrqu.
3 Int li tqarraq, taf x’se jagħmillek Alla u kif se jikkastigak?*
4 Se tiġi kkastigat bi vleġeġ taʼ gwerrierU b’ġamar jaqbad.
5 Ħażin għalija, għax jien għext bħala barrani f’Mesek!
Għext fost it-tined taʼ Kedar.
6 Ili wisq ngħixMaʼ dawk li jobogħdu l-paċi.
7 Jien nitkellem fuq il-paċi,Imma huma moħħhom fil-ġlied.