Salm 38:1-22

  • Talba taʼ wieħed li qed ibati u li nidem

    • “Jien inkwetat u għandi swied taʼ qalb kbir” (6)

    • Ġeħova jismaʼ lil dawk li jistennewh biex jgħinhom (15)

    • “Jien kont ansjuż minħabba d-dnub li għamilt” (18)

Għanja taʼ David, bħala tfakkira. 38  Ġeħova, twiddibnix meta tkun irrabjat,U tikkoreġinix fir-rabja tiegħek.   Għax il-vleġeġ tiegħek nifduni,U idek qed tagħfas fuqi.   Għandi ġismi kollu juġagħni* minħabba r-rabja tiegħek. Jien mhux qed inħossni sew* għax dnibt.   Għax l-iżbalji tiegħi qed jagħfsu fuq rasi;Huma bħal tagħbija tqila li ma niflaħx nerfagħha.   Il-feriti tiegħi nitnu u ddennewMinħabba l-bluha tiegħi.   Jien inkwetat u għandi swied taʼ qalb kbir;Inħossni mdejjaq il-ġurnata kollha.   Qed inħossni ninħaraq bin-nar minn ġewwa;*Ġismi kollu juġagħni.   Inħossni bla saħħa u mfarrak għalkollox;Qed nibki biki kbir għax qalbi muġugħa.   Ġeħova, int taf dak kollu li nixtieqU tismagħni meta nieħu nifs fil-fond. 10  Qalbi qed tħabbat ħafna, ma fadallix saħħa,U l-vista tiegħi marret lura. 11  Il-ħbieb u dawk li jħobbuni jevitawni minħabba t-tbatija li għandi,U dawk li jiġu minni jżommu ’l bogħod. 12  Dawk li qed jipprovaw joqtluni għamlu n-nases;Dawk li qed jipprovaw iweġġgħuni jitkellmu dwar kif se jeqirduni;Huma jippjanaw biex iqarrqu bija l-ġurnata kollha. 13  Imma jien ma kontx nismagħhom, bħal xi ħadd li ma jismax;Ma kontx niftaħ ħalqi, bħal xi ħadd li ma jitkellimx. 14  Jien sirt bħal raġel b’nuqqas taʼ smigħ,Li ma jistaʼ jgħid xejn biex jiddefendi ruħu. 15  Għax jien lilek stennejt biex tgħinni, Ġeħova;U int għentni, Ġeħova Alla tiegħi. 16  Jien għedt: “Jalla ma jifirħux minħabba t-tbatija tiegħi. Jalla ma jittrattawnix b’mod arroganti jekk nitfixkel u naqaʼ.” 17  Għax kont kważi waqajt,U l-ħin kollu nħossni muġugħ. 18  Jien ammettejt l-iżball tiegħi;Jien kont ansjuż minħabba d-dnub li għamilt. 19  Imma l-għedewwa tiegħi huma b’saħħithom u mimlijin enerġija;*Dawk li jobogħduni għalxejn b’xejn żdiedu ħafna. 20  Huma pattewli t-tajjeb bil-ħażin;Bdew jipprovaw iwaqqfuni milli nkompli nagħmel dak li hu tajjeb. 21  Ġeħova, titlaqnix. Tibqax ’il bogħod minni, Alla tiegħi. 22  Fittex għinni, ĠeħovaGħax int il-wieħed li ssalvani.

Noti taʼ taħt

Letteralment “M’hemmx parti waħda f’saħħitha f’ġismi.”
Letteralment “M’hemmx paċi f’għadmi.”
Letteralment “Ġenbejja mimlijin ħruq.”
Jew forsi “Imma hemm ħafna li huma għedewwa tiegħi għalxejn b’xejn.”