Salm 48:1-14

  • Sijon hi l-belt tar-Re Grandjuż

    • Hi l-ferħ tad-dinja kollha (2)

    • Innotaw il-belt u t-torrijiet tagħha (11-13)

Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. 48  Ġeħova hu kbir u jixraqlu kull tifħirĦa jiġi mfaħħar fil-belt tal-Alla tagħna, fil-muntanja qaddisa tiegħu.   Il-Muntanja Sijon qiegħda l-iktar ’il bogħod fit-Tramuntana;Hi sabiħa fil-pożizzjoni għolja tagħha u hi l-ferħ tad-dinja kollha;Hi l-belt tar-Re Grandjuż.   Fit-torrijiet iffortifikati tagħha,Alla wera li hu post taʼ protezzjoni.*   Ir-rejiet inġabru,*U bdew resqin lejha flimkien.   Meta rawha, baqgħu mistagħġbin. Ippanikjaw u ħarbu mwerwrin.   Hemmhekk, waqt li kienu qed jitriegħdu bil-biżaʼ,Qabadhom uġigħ kbir bħal taʼ mara li tkun qed twelled.   B’riħ mil-Lvant int tkisser il-vapuri taʼ Tarsis.   Fil-belt taʼ Ġeħova tal-armati, fil-belt tal-Alla tagħna,Aħna rajna dak li konna smajna dwaru. Alla se jipproteġiha għal dejjem. (Sela)   Fit-tempju tiegħek,Aħna naħsbu dwar l-imħabba u l-lealtà* tiegħek, Alla tagħna. 10  Ismek u t-tifħir tiegħekSe jaslu sat-truf tal-art, Alla tagħna. Int dejjem tuża l-qawwa tiegħek biex tagħmel dak li hu tajjeb. 11  Jalla tifraħ il-Muntanja Sijon,Jalla jifirħu l-bliet taʼ Ġuda, għax int għamilt ġustizzja. 12  Immarċjaw madwar Sijon, imxu madwarha,Għoddu t-torrijiet tagħha. 13  Eżaminaw is-swar tagħha. Innotaw it-torrijiet iffortifikati tagħha,Sabiex tkunu tistgħu tgħidu dwarha lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin. 14  Għax l-Alla li għamel dan kollu,Hu l-Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem. Hu se jiggwidana għall-eternità.*

Noti taʼ taħt

Jew “post fl-għoli taʼ sigurtà.”
Jew “ftiehmu u ltaqgħu.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew forsi “sakemm immutu.”