Salm 5:1-12
Lid-direttur għal Neħilot.* Għanja taʼ David.
5 Ismaʼ kliemi, Ġeħova;Agħti kas id-dwejjaq tiegħi.
2 Re u Alla tiegħi, ismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna,Għax jien lilek nitlob.
3 Ġeħova, jien naf li tismaʼ t-talba tiegħi filgħodu;Filgħodu se niftaħ qalbi miegħek u mbagħad nistenniek tweġibni.
4 Għax int m’intix Alla li tieħu pjaċir bil-ħażen;Ħadd li hu ħażin ma jistaʼ jkun il-mistieden tiegħek.
5 L-ebda persuna arroganti ma tistaʼ toqgħod quddiemek.
Int tobgħod lil kull min jaġixxi ħażin;
6 Int se teqred lil dawk li jigdbu.
Ġeħova, int tobgħod nies vjolenti u li jqarrqu.*
7 Imma jien se nidħol fid-dar tiegħek grazzi għall-imħabba u l-lealtà* kbira tiegħek,Jien se mmil lejn it-tempju* qaddis tiegħek biex nurik rispett kbir.
8 Ġeħova, int ġust.
Mexxini għax jien imdawwar bl-għedewwa;Għinni nimxi fi triqtek mingħajr ma nitfixkel.
9 Ma nistaʼ nafda xejn milli jgħidu;Moħħhom biss biex jagħmlu l-ħsara.
Ħalqhom hu bħal qabar miftuħ;Huma jfaħħru biex jingħoġbu.*
10 Imma int, Alla, se tikkundannahom;Il-pjanijiet tagħhom stess se jwassluhom għall-qerda.
Jekk jogħġbok, keċċihom ’l hemm minħabba l-ħafna dnubiet li għamlu,Għax huma rribellaw kontrik.
11 Imma dawk kollha li jduru lejk għall-protezzjoni se jkunu ferħanin;Huma dejjem se jkantaw bil-ferħ.
Int mhux se tħalli l-ħżiena jersqu lejhom,U dawk li jħobbu lil ismek se jifirħu.
12 Għax int, Ġeħova, se tbierek lin-nies sewwa;L-approvazzjoni tiegħek se tkun bħal tarka kbira li tipproteġihom.
Noti taʼ taħt
^ Jew “bniedem li jxerred id-demm u jqarraq.”
^ Jew “għall-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “is-santwarju.”
^ Jew “Huma jmellsu bi lsienhom.”