Salm 65:1-13
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
65 Alla tagħna, int se tiġi mfaħħar fuq il-Muntanja Sijon;Aħna se nagħmlu dak li wegħedniek.
2 Semmiegħ it-talb, għandek jiġu kull tip taʼ nies.
3 L-iżbalji tiegħi jkissruni.
Imma int taħfer in-nuqqasijiet tagħna.
4 Ferħan ikun dak li int tagħżlu u tistiednu jersaq lejkBiex joqgħod fil-btieħi tat-tempju tiegħek.
Aħna se nkunu kuntenti bl-affarijiet tajbin kollha li se ningħataw fid-dar tiegħek,It-tempju* qaddis tiegħek.
5 Alla tagħna, int il-wieħed li ssalvana.
Int se twieġeb it-talb tagħna bl-affarijiet tal-għaġeb u ġusti li tagħmel.
In-nies tad-dinja kollha jafdaw fik,Anki dawk li jgħixu ’l bogħod ħdejn il-baħar.
6 Bil-qawwa tiegħek poġġejt il-muntanji f’posthom;Int b’saħħtek ħafna.
7 Int tikkalma l-baħar imqalleb,Il-ħoss kbir tal-mewġ, u l-konfużjoni tal-popli.
8 Dawk li joqogħdu f’postijiet imwarrbin se jibqgħu impressjonati bl-affarijiet li tagħmel;Minħabba dak li tagħmel, nies li joqogħdu mil-Lvant sal-Punent se jgħajtu bil-ferħ.
9 Int tieħu ħsieb l-art;Għamiltha b’ħamrija tajba u tipproduċi b’abbundanza.
Int imlejt ix-xmajjar bl-ilma;Int tipprovdi ikel għan-nies.
B’dan il-mod ħlaqt id-dinja.
10 Int ixxarrab u twitti l-ħamrija;*Int trattabha b’ħalbiet taʼ xita; tbierek il-prodott li tagħti.
11 Kull sena, int tagħti abbundanza t’affarijiet tajbin;Kull fejn tmur, int tbierek bil-kbir.
12 Il-partijiet tad-deżert fejn jirgħaw l-annimali huma mimlijin ħaxix,U l-għoljiet mimlijin bil-ferħ.
13 Il-postijiet fejn jirgħaw l-annimali huma mimlijin bl-imrieħel,U l-widien* huma miksijin bil-qamħ.
L-art kollha tgħajjat bil-ferħ u tkanta.