Salm 87:1-7

  • Sijon, il-belt tal-Alla l-veru

    • Dawk li twieldu f’Sijon (4-6)

Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. 87  Il-pedament tal-belt tiegħu hu fil-muntanji qaddisin.   Ġeħova jħobb il-bibien taʼ SijonIktar mill-postijiet l-oħra kollha taʼ Ġakobb.   Belt tal-Alla l-veru, in-nies qed jgħidu affarijiet sbieħ ħafna dwarek. (Sela)   Fost l-artijiet li jafuni, se nsemmi lil Raħab u lil Babilonja;Hemm ukoll il-Filistja, Tir, u Kus. Dwar kull wieħed minnhom se ngħid: “Dan twieled hemm.”   U dwar Sijon jingħad: “Kollha kemm huma twieldu fiha.” U l-Iktar Għoli se jqegħedha fis-sod.   Meta jirreġistra lill-popli,Ġeħova se jgħid hekk dwar kull wieħed minnhom: “Dan twieled hemm.” (Sela)   Il-kantanti u ż-żeffiena* se jgħidu: “Minnek ġejjin l-affarijiet tajbin kollha.”

Noti taʼ taħt

Jew “dawk li jiżfnu dawra tond.”