LEZZJONI 5
X’Inhu l-Iskop t’Alla għall-Art?
1. Alla għala ħalaq l-art?
Ġeħova ta l-art lill-bnedmin. Hi d-dar tagħna. Għalhekk, l-ewwel koppja umana, Adam u Eva, ma nħalqux biex jimlew is-smewwiet—Alla kien diġà ħalaq lill-anġli biex jgħixu fis-sema. (Ġob 38:4, 7) Minflok, Alla ħa lill-ewwel raġel u poġġieh fi ġnien mill-isbaħ imsejjaħ il-ġnien tal-Għeden. (Ġenesi 2:15-17) Ġeħova ta lilu u lin-nisel futur tiegħu l-prospett li jgawdu ħajja taʼ dejjem fuq l-art.—Aqra Salm 37:29; 115:16.
Oriġinalment, il-ġnien tal-Għeden biss kien ġenna. L-ewwel koppja umana kellhom jimlew l-art b’nisilhom. Maż-żmien, kellhom irażżnu l-art kollha u jagħmluha ġenna. (Ġenesi 1:28) L-art qatt ma se tinqered. Dejjem se tkun id-dar tal-umanità.—Aqra Salm 104:5.
Ara l-vidjow Alla għala ħalaq l-art?
2. L-art għala mhijiex ġenna issa?
Adam u Eva m’obdewx lil Alla, u għalhekk Ġeħova poġġiehom ’il barra mill-ġnien. Il-ġenna tal-art intilfet, u ebda bniedem ma rnexxielu jerġaʼ jagħmel l-art ġenna. Il-Bibbja tgħid: “L-art f’idejn il-wieħed mill-agħar ngħatat.”—Ġob 9:24.—Aqra Ġenesi 3:23, 24.
Abbanduna Ġeħova l-iskop oriġinali tiegħu għall-umanità? Le! Hu jistaʼ kollox. Qatt ma jistaʼ jfalli. (Isaija 45:18) Hu se jġedded lir-razza umana għall-mod kif riedha tkun.—Aqra Salm 37:11, 34.
3. L-art kif se terġaʼ tintgħamel Ġenna?
L-art se terġaʼ tintgħamel Ġenna matul il-ħakma taʼ Ġesù bħala s-Sultan maħtur minn Alla. F’battalja li tissejjaħ Armageddon, Ġesù se jmexxi l-anġli t’Alla u jeqred lil dawk kollha li jopponu lil Alla. Imbagħad Ġesù se jaqfel lil Rivelazzjoni 20:1-3; 21:3, 4.
Satana għal 1,000 sena. In-nies t’Alla se jsalvaw mill-qerda għax Ġesù se jiggwidahom u jipproteġihom. Se jgawdu l-ħajja taʼ dejjem f’Ġenna fuq l-art.—Aqra4. It-tbatija meta se tintemm?
Alla meta se jeqred il-ħażen minn fuq l-art? Ġesù ta “sinjal” li kellu jindika meta t-tmiem ikun fil-qrib. Il-kundizzjonijiet preżenti tad-dinja jheddu l-eżistenza tal-bniedem u juru li issa qed ngħixu fil-“konklużjoni tas-sistema.”—Aqra Mattew 24:3, 7-14, 21, 22.
Matul l-1,000 sena, Ġesù mis-sema se jaħkem fuq l-art u se jtemm it-tbatija kollha. (Isaija 9:6, 7; 11:9) Minbarra li se jaħkem bħala Sultan, Ġesù se jaqdi bħala l-Qassis il-Kbir u se jħassar id-dnubiet taʼ dawk li jħobbu lil Alla. B’hekk, permezz taʼ Ġesù, Alla se jelimina l-mard, ix-xjuħija, u l-mewt.—Aqra Isaija 25:8; 33:24.
5. Min se jgħix fil-Ġenna tal-art futura?
In-nies li jobdu lil Alla se jgħixu fil-Ġenna tal-art. (1 Ġwanni 2:17) Ġesù bagħat lis-segwaċi tiegħu biex ifittxu lin-nies ġwejdin u biex jgħallmuhom kif isiru aċċettabbli għal Alla. Illum, Ġeħova qed iħejji lil miljuni taʼ nies għal ħajja fil-Ġenna tal-art futura. (Sofonija 2:3) Fis-Swali tas-Saltna tax-Xhieda taʼ Ġeħova, in-nies jitgħallmu kif ikunu rġiel miżżewġin u missirijiet aħjar u kif ikunu nisa miżżewġin u ommijiet aħjar. It-tfal u l-ġenituri jqimu flimkien u jitgħallmu kif jibbenefikaw mill-aħbar tajba.—Aqra Mikea 4:1-4.