X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?

Dan il-ktieb hu disinjat biex jgħinek titgħallem x’tgħid il-Bibbja dwar diversi suġġetti, fosthom għala nbatu, x’jiġrilna meta mmutu, kif ikollok ħajja tal-familja ferħana, u tagħlim ieħor.

X’inhu l-iskop t’Alla għalina?

Int għandek mnejn taħseb dwar għala hawn daqstant problemi llum. Il-Bibbja tgħallem li Alla dalwaqt se jieħu azzjoni biex ineħħi l-problemi tal-bnedmin bħat-tbatija, il-mard, u l-mewt.

KAPITLU 1

Min hu Alla?

Taħseb li Alla jimpurtah minnek? Tgħallem dwar il-personalità tiegħu u kif tistaʼ ssir ħabib t’Alla.

KAPITLU 2

Il-Bibbja—Ktieb mingħand Alla

Il-Bibbja kif tistaʼ tgħinek tkampa maʼ problemi persunali? Għala tistaʼ tafda l-profeziji tagħha?

KAPITLU 3

X’inhu l-iskop t’Alla għall-bnedmin?

Il-ħajja kif se tkun fid-dinja l-ġdida meta l-art tkun ġenna?

KAPITLU 4

Min hu Ġesù Kristu?

Sir af għala Ġesù hu l-Messija mwiegħed, minn fejn ġie, u għala hu l-Iben uniġenitu taʼ Ġeħova.

KAPITLU 5

Il-fidwa—L-aqwa rigal mingħand Alla

X’inhi l-fidwa? Kif tistaʼ tibbenefika minnha?

KAPITLU 6

Fejn immorru meta mmutu?

Sir af x’tgħid il-Bibbja dwar fejn qegħdin il-mejtin u għala mmutu.

KAPITLU 7

Se jkun hemm irxoxt!

Tlift lil xi ħadd maħbub fil-mewt? Huwa possibbli li terġaʼ tarahom? Sir af x’tgħallem il-Bibbja dwar l-irxoxt.

KAPITLU 8

X’inhi s-Saltna t’Alla?

Ħafna nies jafu t-Talba tal-Missierna. Xi tfisser il-frażi: “Ħa tiġi saltnatek”?

KAPITLU 9

Id-dinja dalwaqt se tispiċċa?

Ara kif azzjonijiet u attitudnijiet madwarna jagħtu prova li issa qed ngħixu fiż-żmien eżatt qabel l-aħħar tad-dinja, kif bassret il-Bibbja.

KAPITLU 10

Il-verità dwar l-anġli

Il-Bibbja titkellem dwar anġli u demonji. Veru jeżistu dawn il-ħlejjaq spirti? Jistgħu jgħinuna jew jagħmlulna l-ħsara?

KAPITLU 11

Għala hawn daqstant tbatija?

Ħafna jaħsbu li t-tbatija fid-dinja hi t-tort t’Alla. Int x’taħseb? Sir af x’jgħid Alla dwar għala hawn it-tbatija.

KAPITLU 12

Kif tistaʼ ssir ħabib t’Alla?

Huwa possibbli li tgħix ħajja li togħġob lil Ġeħova. Infatti, int tistaʼ ssir ħabib tiegħu.

KAPITLU 13

Irrispetta l-għotja tal-ħajja

Alla kif iqis l-abort, it-trasfużjonijiet tad-demm, u l-ħajja tal-annimali?

KAPITLU 14

Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana

L-imħabba li wera Ġesù hu eżempju li l-irġiel, in-nisa, il-ġenituri, u t-tfal jistgħu jimitaw. X’nitgħallmu minnu?

KAPITLU 15

Il-mod kif għandek tqim lil Alla

Ara sitt punti li jidentifikaw lil dawk li jipprattikaw ir-reliġjon il-vera.

KAPITLU 16

Agħżel li tqim lil Alla

Liema sfidi għandek mnejn tiffaċċja meta taqsam it-twemmin tiegħek m’oħrajn? Kif tistaʼ tagħmel dan mingħajr ma toffendihom?

KAPITLU 17

Il-privileġġ tat-talb

Jismaʼ Alla meta titlob? Biex twieġeb din il-mistoqsija, għandek bżonn tifhem dak li tgħallem il-Bibbja dwar it-talb.

KAPITLU 18

Għandi niddedika ħajti lil Alla u nitgħammed?

X’hemm bżonn tagħmel biex tikkwalifika għall-magħmudija Kristjana? Sir af x’tirrappreżenta u kif għandha ssir.

KAPITLU 19

Ibqaʼ qrib taʼ Ġeħova

Kif nistgħu nuru mħabba u gratitudni għal dak kollu li Alla għamel?

Noti fl-aħħar

Tifsir taʼ kliem u frażijiet li jintużaw fil-ktieb X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?