MISTOQSIJA 10
Il-Bibbja kif tistaʼ tgħinni?
INT KIEKU X’TAGĦMEL?
Immaġina din ix-xena: David qed isuq fi nħawi fejn xejn ma jidhru familjari. Is-sinjali u t-tabelli juru li mhuwiex fejn suppost qiegħed. David jinduna li ntilef. F’xi ħin waqt li kien qed isuq, qabad triq b’oħra.
Li kieku kont David, int x’kont tagħmel?
IEQAF U AĦSEB!
Għandek diversi għażliet:
-
Tistaqsi biex jagħtuk direzzjoni.
-
Tiċċekkja maʼ mappa, jew tuża GPS.
-
Tibqaʼ ssuq u tittama li b’xi mod issib fejn trid tmur.
Ovvjament, iċ-Ċ hi l-inqas effettiva.
Il-B hi aħjar mill-ewwel waħda. Wara kollox, GPS jew mappa se tkun disponibbli matul il-vjaġġ kollu u se tkun taʼ gwida għalik.
Il-Bibbja tistaʼ tgħinek b’mod simili!
L-iktar ktieb li nbiegħ jistaʼ
-
jiggwidak meta jkollok il-problemi fil-ħajja
-
jgħinek issir taf lilek innifsek u ssir persuna aħjar
-
jurik kif jistaʼ jkollok l-aqwa ħajja possibbli
TWEĠIBIET GĦALL-MISTOQSIJIET IMPORTANTI TAL-ĦAJJA
Minn meta nibdew nitkellmu, insaqsu mistoqsijiet.
-
Is-sema għala hi blu?
-
L-istilel minn xiex huma magħmulin?
Iktar tard nibdew nistaqsu mistoqsijiet dwar id-dinja taʼ madwarna.
Xi ngħidu jekk it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet minn dejjem kienu disponibbli fil-Bibbja?
Ħafna nies jgħidu li l-Bibbja hi mimlija ħrejjef u leġġendi, li mhix prattika għal żmienna, jew li hi diffiċli wisq biex tifhimha. Imma l-Bibbja hi l-problema, jew dak li semgħu n-nies dwar il-Bibbja l-veru problema? Jistaʼ jkun li ġew informati ħażin?
Pereżempju, xi nies jaħsbu li l-Bibbja tgħid li Alla jikkontrolla d-dinja. Imma dan kif jistaʼ jkun? Id-dinja nqalbet taʼ taħt fuq! Mimlija wġigħ u tbatija, mard u mewt, faqar u diżastri. Kif jistaʼ jkun li Alla taʼ mħabba jkun responsabbli għal dan kollu?
Tixtieq tkun taf it-tweġiba? Dak li tgħid il-Bibbja dwar min jikkontrolla d-dinja jaf jissorprendik!
X’aktarx li nnotajt li l-pariri li nsibu f’dan il-browxer huma bbażati fuq il-Bibbja. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma konvinti li l-Bibbja hi sors taʼ gwida taʼ min joqgħod fuqu. Dan għax hi “mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi.” (2 Timotju 3:16, 17) Ikun taʼ benefiċċju għalik jekk teżamina dan il-ktieb antik imma fl-istess ħin modern.