Għannu lil Ġeħova — Għanjiet ġodda
Ħu pjaċir b’għanjiet ġodda għat-tifħir u l-qima t’Alla Ġeħova. Niżżel il-mużika u l-lirika, u pprattika dawn l-għanjiet mill-isbaħ.
GĦANJA 136
Bil-lest is-Saltna hi—Ħa tiġi!
Għanja tas-Saltna mill-isbaħ biex tfaħħar lil Alla Ġeħova ħalli tiġi rikonoxxuta t-tmexxija tas-Saltna minn Ġesù Kristu.
GĦANJA 137
Għinna nxandru bil-qlubija
Din l-għanja tas-Saltna hija talba lil Ġeħova għall-kuraġġ biex nagħtu xhieda bil-qlubija għal ismu.
GĦANJA 139
Għallimhom iżommu sod
Talba lil Ġeħova biex jieħu ħsieb lill-uħud ġodda u jgħinhom jissaportu b’lealtà ħalli jieħdu l-premju u jsalvaw.
GĦANJA 140
Il-ħajja taʼ pijunier
Esprimi l-imħabba leali tiegħek għal Ġeħova u l-ferħ li tħoss għax għandek xogħol sodisfaċenti u ħajja li tħobb.
GĦANJA 141
Infittxu għal ħbieb tas-sliem
Għanja taʼ ferħ u li tqawwi l-qalb dwar l-imħabba tagħna għan-nies u t-tfittxija diliġenti għan-nagħaġ prezzjużi tʼAlla.
GĦANJA 142
Nippritkaw lil kull xorta taʼ bnedmin
Kanta dwar it-tjubija taʼ Ġeħova u l-parti tagħna fʼli nilqgħu lil kull xorta taʼ nies biex isiru ħbieb maʼ Alla.
GĦANJA 145
Nippreparaw biex nippritkaw
Forsi nħossu li jkun aħjar jekk nibqgħu d-dar, imma nistgħu niksbu s-saħħa biex nirnexxu.
GĦANJA 146
Dan għamiltuh miegħi
Ġesù jqis kwalunkwe att ta’ mħabba u appoġġ li jsir għal ħutu l-midlukin bħallikieku sar miegħu.
GĦANJA 147
Proprjetà speċjali
Ġeħova jgħożż lil uliedu li huma midlukin bl-ispirtu, u hi l-għaxqa tagħhom li jagħmlu r-rieda tiegħu.
GĦANJA 148
Int tajt lill-Iben uniġenitu tiegħek
Irringrazzja lil Ġeħova għall-akbar għotja li qatt ġiet mogħtija. Toffri tama lil kulħadd.
GĦANJA 149
Grati għall-fidwa
Il-fidwa—l-akbar att taʼ mħabba li qatt intwera—tagħtina raġuni biex inkunu dejjem grati lejn Ġeħova.
GĦANJA 150
Nirsistu fix-xogħol ta’ Ġeħova
Esprimi x-xewqa tiegħek biex b’ferħ taqdi lil Ġeħova bi kwalunkwe mod li jixtieq jużak.
GĦANJA 151
Jiġu rrivelati wlied Alla
Aħna verament inħarsu ’l quddiem għal dak il–jum meta Ġeħova se jtella’ lil ħut Kristu lejn is–sema, jiggwerraw maġenbu u jaqsmu fil–premju.
GĦANJA 152
Ġeħova jqawwina, ifarraġna, u jtina tama
Meta l-ansjetajiet tal-ħajja joħolqu biżaʼ, Alla jistaʼ jkun il-qawwa, it-tama u l-fiduċja tagħna.
GĦANJA 153
Kif tħossok int dwar dan?
Kif tħossok int meta tagħmel kulma tistaʼ biex tilħaq uħud li jistħoqqilhom?
GĦANJA 154
Aħna se nibqgħu nissaportu
Għanja li se tgħinna nissaportu t-tbatijiet u naqdu lil Ġeħova lealment sakemm hemm bżonn.