Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 47

Itlob lil Ġeħova kuljum

Itlob lil Ġeħova kuljum

(1 Tessalonikin 5:17)

  1. 1. Dur lejn Ġeħova, hu jismaʼ it-​talb.

    Xandar dwar ismu b’unur u mill-​qalb.

    Aqsam kull ħsieb miegħu bħala ħabib.

    Lilu int tafda u lejh tersaq qrib.

    Itlob lil Alla kuljum.

  2. 2. Grazzi ’l Ġeħova għax aħna ħajjin.

    Maħfra nitolbu għax naħfru ’l xulxin.

    Jaf li lkoll trab; ngħixu grazzi għalih.

    ’L Alla afdah, kull dnub stqarr int bis-​sħiħ.

    Itlob lil Alla kuljum.

  3. 3. B’talb lejn Ġeħova dur xħin għawġ issib.

    Tagħna l-​Missier żgur ikun dejjem qrib.

    Kenn u għajnuna fih fittex kuljum;

    B’hekk wisq imbeżżaʼ żgur qatt m’int se tkun.

    Itlob lil Alla kuljum.