GĦANJA 53
Nippreparaw biex nippritkaw
-
1. Kif naraw
Jum ieħor ġdid,
Lesti mmorru nippritkaw.
Imma msaħħab sew,
Nieżla x-xita, u l-bard!
Għandna mnejn ngħidu: “Ikun aħjar
nibqaʼ d-dar!”
(RITORNELL)
Ħsieb pożittiv, preparazzjoni,
Talb mill-qalb bla waqfien.
Nirnexxu b’hekk f’kull sitwazzjoni
W nibqgħu beżlin.
Bl-anġli, Ġesù se jiggwidana—
Waħdu ma jħalli ’l ħadd.
U b’xi ħabib jimmotivana,
Ma naqgħu qatt.
-
2. Daqt naraw
Kemm niksbu ferħ
Jekk inħejju ruħnʼgħax-xogħ’l.
Alla jagħti kas
Kull sforz li ġej mill-qalb.
Ix-xogħ’l li nagħmlu ma jinsieh qatt;
dan hu fatt.
(RITORNELL)
Ħsieb pożittiv, preparazzjoni,
Talb mill-qalb bla waqfien.
Nirnexxu b’hekk f’kull sitwazzjoni
W nibqgħu beżlin.
Bl-anġli, Ġesù se jiggwidana—
Waħdu ma jħalli ’l ħadd.
U b’xi ħabib jimmotivana,
Ma naqgħu qatt.
(Ara wkoll Ekk. 11:4; Mt. 10:5, 7; Lq. 10:1; Titu 2:14.)