Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

SUĠĠETT PRINĊIPALI | IL-​BIBBJA GĦADHA TGĦODD GĦAL ŻMIENNA?

Valuri li dejjem japplikaw għal kulħadd—L-​onestà

Valuri li dejjem japplikaw għal kulħadd—L-​onestà

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Min se jkun mistieden fit-​tinda [t’Alla]? . . . Dak li jimxi bla nuqqas u jipprattika s-​sewwa u jitkellem il-​verità f’qalbu.”Salm 15:1, 2.

IL-​BENEFIĊĊJI: Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies japprezzaw l-​onestà u l-​integrità. Imma x’jiġri jekk persuna tiġiha l-​opportunità li tiggwadanja mid-​diżonestà—u mingħajr ma jsir jaf ħadd? Hawn hu fejn tidħol il-​qalb, il-​persuna ġewwinija.

Raquel, li xogħolha kien jinvolvi x-​xiri tal-​provvisti, qalet: “Ċerti rappreżentanti tal-​aġenti pprovaw ixaħħmuni. Wegħduni li jekk nixtri mingħandhom, kienu se jagħtu parti mill-​‘iskont’ lili minflok lill-​kumpanija li impjegatni. Imma ftakart fil-​parir tal-​Bibbja rigward l-​onestà u għedt le. L-​imgħallma tiegħi semgħet dwar dan u l-​fiduċja tagħha fija kibret.”

Li kieku Raquel aċċettat l-​offerta, għandu mnejn li kienet tiggwadanja għal xi żmien. Imma x’kien jiġri li kieku saret taf l-​imgħallma? Kienet se tibqaʼ impjegata hemmhekk Raquel? U xi ngħidu għall-​prospetti tagħha taʼ impjieg fil-​futur? Iżjed importanti għal Raquel kienu l-​kuxjenza tagħha u r-​rispett lejha nfisha. “Aħjar jintgħażel isem tajjeb minflok ħafna rikkezzi; l-​approvazzjoni hi saħansitra aħjar mill-​fidda u d-​deheb,” jgħid Proverbji 22:1.

Joseph għamel isem tajjeb għalih innifsu bħala impjegat onest

Joseph * ukoll kien onest u taʼ min joqgħod fuqu, u għalhekk kellu isem tajjeb mal-​imgħallem tiegħu. Il-​benefiċċji? Hu mhux biss ingħata l-​irwol taʼ maniġer imma ngħata wkoll iżjed flessibilità fl-​iskeda tax-​xogħol tiegħu. B’hekk, hu setaʼ jqattaʼ iżjed ħin mal-​mara u wliedu u f’attivitajiet spiritwali.

Huma u jfittxu l-​impjegati, xi mgħallmin irrikorrew għand gruppi taʼ nies li huma magħrufin għall-​onestà tagħhom. Pereżempju, maniġer taʼ kumpanija fil-​Filippini kiteb lill-​uffiċċju lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova u stieden lix-​Xhieda japplikaw għax-​xogħol mal-​kumpanija fejn kien jaħdem hu. Huma “jaħdmu iebes, onesti, u dedikati,” qal hu. Madankollu, il-​krettu għal dan imur għand Alla Ġeħova, li jgħallimna biex ‘nobogħdu dak li hu ħażin’ u biex ‘inħobbu dak li hu tajjeb.’—Għamos 5:15.

^ par. 7 Xi ismijiet ġew mibdulin.