Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STENBAĦ! Nru. 2 2018 | 12-il sigriet ta’ familji li jirnexxu

12-il sigriet taʼ familji li jirnexxu

Nisimgħu ħafna dwar xi jmur ħażin meta l-​familji jfallu. Imma xi jmur tajjeb fil-​familji li jirnexxu?

  • Bejn l-​1990 u l-​2015, ir-​rata tad-​divorzju fl-​Istati Uniti rdoppjat għal dawk li għandhom iktar minn 50 sena u ttriplat għal dawk li għandhom iktar minn 65 sena.

  • Il-​ġenituri huma konfużi: Xi esperti jirrikkmandaw li għandek il-​ħin kollu tfaħħar lit-​tfal, filwaqt li oħrajn jissuġġerixxu li, għalkemm tħobbhom, għandek tkun iebes magħhom.

  • Meta ż-​żgħażagħ isiru adulti mhux qed ikollhom il-​ħiliet neċessarji biex jirnexxu.

Minkejja dan, il-​fatt hu li . . .

  • Iż-​żwieġ jistaʼ jkun barka u għaqda dejjiema.

  • Il-​ġenituri jistgħu jitgħallmu jiddixxiplinaw lil uliedhom bi mħabba.

  • Iż-​żgħażagħ jistgħu jiksbu l-​ħiliet li jkollhom bżonn għal meta jsiru adulti.

Kif? Din il-​ħarġa taʼ Stenbaħ! se titkellem dwar 12-​il sigriet taʼ familji li jirnexxu.

 

1: Kunu determinati li tibqgħu fiż-żwieġ

Tliet suġġerimenti prattiċi li jistgħu jgħinu lill-koppja jibqgħu flimkien.

2: Aħdmu bħala tim

Tgħixu bħala miżżewġin jew bħala tnejn li sempliċement jgħixu taħt l-istess saqaf?

3: Uru rispett

Sir af liema kliem u azzjonijiet huma neċessarji biex jaċċertaw lill-persuna l-oħra fiż-żwieġ li hi rispettata.

4: Aħfru lil xulxin

X’jistaʼ jgħinek biex ma toqgħodx tiffoka fuq l-imperfezzjonijiet tar-raġel jew il-mara tiegħek?

5: Il-komunikazzjoni

Tliet passi importanti li jistgħu jgħinuk tkun eqreb tat-tfal tiegħek.

6: Id-dixxiplina

Id-dixxiplina tnaqqas is-self-esteem tat-tfal?

7: Il-valuri

Liema livelli morali għandek tgħallem lil uliedek?

8: L-eżempju

Jekk trid li tilħaq qalb uliedek b’dak li tgħallimhom, ara li jkun fi qbil mal-azzjonijiet tiegħek.

9: L-identità tiegħek

Iż-żgħażagħ kif jistgħu jiddefendu dak li jemmnu?

10: Kun taʼ min jafdak

Li tikseb il-fiduċja tal-ġenituri tiegħek hu pass importanti biex issir adult.

11: Kun bieżel

Li titgħallem taħdem iebes bħala żagħżugħ se jgħinek biex tirnexxi f’dak kollu li tagħmel f’ħajtek.

12: Agħmel miri

Li tilħaq il-miri se jgħinek ikollok iktar fiduċja fik innifsek, ħbiberiji iktar b’saħħithom, u tkun iktar ferħan.

Iktar għajnuna għall-familja

Il-pariri tal-Bibbja jistgħu jgħinuk biex ikollok żwieġ b’saħħtu u ħajja tal-familja ferħana.