IBQAʼ ATTENT!
Lil Min Tixtieq li Jmexxi?—X’Tgħid il-Bibbja?
In-nies iridu jieħdu deċiżjoni importanti dwar lil min se jtellgħu fil-gvern.
X’tgħid il-Bibbja?
Il-gvernijiet huma limitati
Il-Bibbja turi li l-mexxejja umani kollha huma limitati f’dak li jistgħu jagħmlu.
“Tafdawx lill-mexxejja u lanqas nies oħrajn, għax ma jistgħux isalvawkom. Meta ma jibqgħux jieħdu n-nifs, dawn jerġgħu jsiru trab; dakinhar stess il-ħsibijiet tagħhom jisparixxu.”—Salm 146:3, 4.
Anki l-aqwa mexxejja jmutu. Barra minn hekk, ma jistgħux iwegħduna li x-xogħol tajjeb li qed jagħmlu se jkompluh dawk li jilħqu warajhom.—Ekkleżjasti 2:18, 19.
Il-Bibbja turina li Alla ma ħalaqx il-bnedmin biex imexxu.
“Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-passi tiegħu.”—Ġeremija 10:23.
Hemm xi ħadd li jistaʼ jmexxi b’mod tajjeb?
Mexxej magħżul minn Alla
Il-Bibbja tispjega li Alla għażel l-aqwa mexxej li nistgħu nafdaw: Ġesù Kristu. (Salm 2:6) Ġesù hu r-Re tas-Saltna t’Alla, gvern li qed imexxi mis-sema.—Mattew 6:10.
Se tagħżel lil Ġesù bħala l-mexxej tiegħek? Il-Bibbja ssemmi kemm hi importanti din id-deċiżjoni:
“Onoraw lill-iben, inkella Alla jirrabja ħafna u intom tisparixxu, għax hu jirrabja malajr. Dawk li jduru lejh għall-protezzjoni se jkunu ferħanin.”—Salm 2:12.
Issa hu l-waqt li tieħu deċiżjoni. Il-profeziji tal-Bibbja juru li Ġesù beda jmexxi fis-sena 1914 u li s-Saltna t’Alla dalwaqt se tmexxi minflok il-gvernijiet fid-dinja.—Danjel 2:44.
Biex issir taf iktar kif tistaʼ tissapportja lil Ġesù bħala mexxej, aqra l-artiklu “Agħżel li Tappoġġja s-Saltna t’Alla Issa!”