Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Top left: Marek M. Berezowski/​Anadolu Agency via Getty Images; bottom left: Halfpoint Images/​Moment via Getty Images; center: Zhai Yujia/​China News Service/​VCG via Getty Images; top right: Ismail Sen/​Anadolu Agency via Getty Images; bottom right: E+/​taseffski/​via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

2023: Sena Mimlija Anzjetà—X’Tgħid il-Bibbja?

2023: Sena Mimlija Anzjetà—X’Tgħid il-Bibbja?

 Matul is-sena 2023, ġraw ħafna affarijiet madwar id-dinja li juru b’mod ċar li qegħdin ngħixu matul dak li l-Bibbja tiddeskrivi bħala “l-aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1) Ara kif l-affarijiet li qed jiġru madwarna huma l-istess affarijiet li l-Bibbja qalet li se jiġru fi żmienna.

X’tgħid il-Bibbja u x’qed jiġri fid-dinja

 “Gwerer f’postijiet differenti.”​—Mattew 24:6.

  •   “Il-ġlied u l-vjolenza qed jiżdiedu f’ħafna postijiet fid-dinja. a

 “Terremoti f’post wara l-ieħor.”​—Marku 13:8.

  •   “Mill-bidu tas-sena 2023, madwar id-dinja kien hemm 13-il terremot b’qawwa taʼ iktar minn 7. Dan huwa wieħed mill-iżjed ammont għoli minn kemm ilhom jinżammu r-rekords.” b

 “In-nies se jaraw affarijiet tal-biżaʼ.”​—Luqa 21:11.

  •   “Iż-żmien tal-global warming spiċċa, issa qegħdin fiż-żmien tal-global boiling.”​—António Guterres, is-Segretarju Ġenerali tal-ĠM. c

 Ara l-artiklu “Sħana Estrema fis-Sajf tal-2023.”

 “Nuqqas taʼ ikel.”​—Mattew 24:7.

  •   “2023: Sena oħra mimlija anzjetà għal dawk li qed isibuha diffiċli biex jipprovdu ikel għall-familja tagħhom.” d

 “Żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.”​—2 Timotju 3:1.

  •   “Madwar id-dinja, wieħed minn kull tmienja jbati b’xi tip taʼ saħħa mentali.” e

X’nistgħu nistennew fl-2024?

 Ħadd ma jaf eżatt x’se jiġri fl-2024. Imma dak li qed jiġri fid-dinja bħalissa juri li dalwaqt ġejja s-Saltna t’Alla, jiġifieri l-gvern t’Alla fis-sema. Din se tmexxi minflok il-gvernijiet li hawn fuq l-art u se tneħħi kull ħaġa li ġġib it-tbatija u l-anzjetà.​—Danjel 2:44; Rivelazzjoni 21:4.

  Sadanittant, meta nħossuna anzjużi, nistgħu nfittxu l-għajnuna mingħand Alla. Il-Bibbja tgħid:

 “Meta nibżaʼ, nafda fik.”​—Salm 56:3.

 Kif nistgħu nuru li nafdaw f’Alla? Ninkuraġġuk biex titgħallem iżjed dwar il-wegħda tal-Bibbja għal futur mingħajr tbatija. Prova studja l-Bibbja b’xejn biex tara kif il-wegħdi tal-Bibbja jistgħu jgħinu lilek u lill-familja tiegħek.

a Foreign Affairs, “A World at War: What Is Behind the Global Explosion of Violent Conflict?” by Emma Beals and Peter Salisbury, 30 t’Ottubru, 2023.

b Earthquake News, “Year 2023: Number of Major Earthquakes on Course for Record,” Mejju, 2023.

c United Nations, “Secretary-General’s Opening Remarks at Press Conference on Climate,” 27 taʼ Lulju, 2023.

d World Food Programme, “A Global Food Crisis.”

e World Health Organization, “World Mental Health Day 2023,” 10 t’Ottubru, 2023.