IBQAʼ ATTENT!
Huwa Possibbli li Kulħadd Jiġi Trattat l-Istess?—X’Tgħid il-Bibbja?
Għal ħafna nies, li kulħadd jiġi trattat l-istess hi biss ħolma.
“F’kull parti tad-dinja, ir-razziżmu jagħmel ħafna ħsara lil organizzazzjonijiet, lil gruppi soċjali, u lill-ħajja taʼ kuljum taʼ nies normali. Ir-razziżmu jkompli jġiegħel lin-nies jittrattaw lil xulxin ħażin.”—António Guterres, Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.
Qatt se jispiċċa r-razziżmu? X’tgħid il-Bibbja?
Alla kif iħares lejn nies differenti?
Il-Bibbja tgħallimna kif Alla jħares lejn nies taʼ razez differenti.
“[Alla] minn raġel wieħed għamel il-ġnus kollha tal-bnedmin, biex jgħammru fuq il-wiċċ kollu taʼ l-art.”—Atti 17:26.
“Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-sewwa hu aċċettat minnu.”—Atti 10:34, 35.
Il-Bibbja turi li n-nies kollha jiġu minn xulxin u li Alla jaċċetta kull tip taʼ razza.
Kif se jispiċċa r-razziżmu?
Taħt is-Saltna t’Alla, li hi gvern fis-sema, kulħadd se jiġi trattat l-istess. Dan il-gvern se jgħallem lin-nies kif għandhom jittrattaw lil xulxin sew. In-nies se jitgħallmu kif ma jkunux razzisti.
‘L-abitanti taʼ l-art se jitgħallmu s-sewwa.’—Isaija 26:9.
“Ix-xogħol tas-sewwa veru jkun paċi; u s-servizz tas-sewwa veru, kwiet u sigurtà għal żmien indefinit.”—Isaija 32:17.
Illum, miljuni taʼ nies qed jitgħallmu mill-Bibbja kif jittrattaw lil oħrajn b’rispett u b’dinjità.
Biex tkun taf iktar, aqra l-ħarġa tar-rivista Stenbaħ! bl-isem “Hemm Fejqan għall-Preġudizzju?”
Aqra l-artiklu “Talking to Children About Racism” biex tkun taf kif il-ġenituri jistgħu jiddiskutu dan is-suġġett mat-tfal.