Il-logħob tal-ażżard huwa dnub?
It-tweġiba tal-Bibbja
Għalkemm il-Bibbja ma tiddiskutix il-logħob tal-ażżard fid-dettall, mill-prinċipji tal-Bibbja nistgħu nifhmu li Alla jqis il-logħob tal-ażżard bħala dnub.—Efesin 5:17. a
Il-logħob tal-ażżard ġej mir-regħba, xi ħaġa li Alla jobgħod. (1 Korintin 6:9, 10; Efesin 5:3, 5) Dawk li jilagħbu jittamaw li jiksbu l-flus mit-telf taʼ ħaddieħor, imma l-Bibbja tikkundanna li xi ħadd jixxennaq għall-affarijiet taʼ ħaddieħor.—Eżodu 20:17; Rumani 7:7; 13:9, 10.
Il-logħob, anki għal ammonti żgħar, jistaʼ jqanqal l-imħabba għall-flus li hi qerrieda.—1 Timotju 6:9, 10.
Dawk li jilagħbu spiss jistrieħu fuq is-superstizzjoni jew il-fortuna. Però, twemmin bħal dan Alla jqisu bħala forma taʼ idolatrija, u din tmur kontra l-qima tiegħu.—Isaija 65:11.
Minflok ma tippromwovi xewqa biex tikseb xi ħaġa mingħajr ma tagħmel xejn, il-Bibbja tħeġġeġ lil dak li jkun biex jaħdem iebes. (Ekkleżjasti 2:24; Efesin 4:28) Dawk li jobdu l-pariri tal-Bibbja jistgħu “jieklu l-ikel li jkunu ħadmu għalih huma stess.”—2 Tessalonikin 3:10, 12.
Il-logħob tal-ażżard jistaʼ jqanqal spirtu kompetittiv, li hu kkundannat fil-Bibbja.—Galatin 5:26.
a Il-logħob tal-ażżard jissemma b’mod speċifiku fil-Bibbja f’konnessjoni mas-suldati Rumani li tefgħu x-xorti jew ‘lagħbu’ għall-ħwejjeġ taʼ Ġesù.—Mattew 27:35; Ġwanni 19:23, 24; Karm Żammit.