IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU
Niffissa Jien fuq id-Dehra Tiegħi?
Kwizz: Iffissat jien?
Liema stqarrija tiddeskrivi l-aħjar kif tħossok?
Qatt ma jien sodisfatt bid-dehra tiegħi.
Kultant inkun sodisfatt bid-dehra tiegħi.
Dejjem sodisfatt bid-dehra tiegħi.
X’tixtieq tbiddel l-iktar dwar ġismek?
It-tul
Il-piż
Il-forma tal-ġisem
Ix-xagħar
Id-dehra tal-ġilda
Id-daqs tal-muskoli
Xi ħaġa oħra
Kompli din is-sentenza.
Inħossni l-inqas kunfidenti dwar ġismi . . .
meta nitlaʼ fuq il-miżien.
meta nħares fil-mera.
meta nqabbel lili nnifsi m’oħrajn (ħbieb, mudelli, stilel tal-films).
Kompli din is-sentenza.
Nintiżen . . .
kuljum.
kull ġimgħa.
inqas minn darba fil-ġimgħa.
Liema stqarrija tiddeskrivi l-aħjar is-sentimenti tiegħek?
Ħarsa negattiva tad-dehra tiegħi. (Eżempju: “Kull darba li nħares fil-mera, naħseb li nara figura ħoxna u kerha. Ipprovajt anke ma niekol xejn biex nirqaq.”—Serena.)
Ħarsa bbilanċjata tad-dehra tiegħi. (Eżempju: “Dejjem se jkun hemm xi ħaġa li ma togħġobniex dwar id-dehra tagħna, imma jkollna naċċettaw ċerti affarijiet. Ma jagħmilx sens li ninkwetaw dwar xi ħaġa li ma nistgħux inbiddluha.”—Natanya.)
Il-Bibbja tgħidilna biex ma naħsbux “iktar milli hu xieraq” dwarna nfusna. (Rumani 12:3) Allura hu xieraq—saħansitra meħtieġ—li sa ċertu punt taħseb dwarek innifsek. Pereżempju, għalhekk taħsel snienek u tieħu ħsieb l-iġjene personali.
Però, xi ngħidu jekk spiss tkun skuraġġit minħabba d-dehra tiegħek—forsi sal-punt li tkun iffissat fuqha? Jekk inhu hekk, forsi tistaʼ taħseb . . .
‘Għala għandi ħarsa negattiva tad-dehra tiegħi?’
Jistaʼ jkun hemm diversi raġunijiet. Dawn jinkludu:
Influwenzat mill-midja. “Iż-żgħażagħ huma bombardjati b’ideat li jġegħluna nħossuna li rridu nkunu nexfin għuda u gustużi l-ħin kollu. B’hekk, jekk aħna ma nidhrux perfetti, inħossuna diżgustati.”—Kellie.
Influwenzat mill-ġenituri. “Innotajt li jekk l-omm tkun iffissata fuq id-dehra tagħha, spiss bintha tħares lejha nfisha bl-istess mod. L-istess japplika għall-missirijiet u s-subien tagħhom.”—Rita.
Stima baxxa tiegħek innifsek. “Nies li huma ffissati fuq id-dehra tagħhom il-ħin kollu jkunu jridu lil min jgħaddilhom kumplimenti dwar kif jidhru. Nies bħal dawn jgħejjuk.”—Jeanne.
Hi x’inhi r-raġuni, forsi tistaqsi . . .
‘Għandi nbiddel id-dehra tiegħi?’
Ikkunsidra xi jgħidu dawk tamparek.
“Mhux dejjem tistaʼ tbiddel l-affarijiet li ma jogħġbukx dwarek innifsek, allura l-aħjar hu li taċċetta d-difetti li jkollok. Jekk tagħmel hekk, oħrajn x’aktarx lanqas jindunaw bihom.”—Rori.
“Agħmel li tistaʼ biex tkun f’saħħtek. Jekk tkun f’saħħtek, tidher kif suppost tidher. U jekk xi ħadd ma jistax japprezzak kif int (u mhux kif tidher), dik il-persuna mhix ħabiba tiegħek.”—Olivia.
L-iktar ħaġa importanti: Agħmel li tistaʼ biex tidher l-aħjar u tibqax tinkwieta. Li tinkwieta żżejjed dwar id-dehra tiegħek jistaʼ jkun perikoluż. (Ara “ L-Istorja taʼ Julia.”)
Mill-banda l-oħra, attitudni bbilanċjata se tgħinek tkun realistiku dwar kif tħares lejk innifsek, bħalma tgħallmet żagħżugħa jisimha Erin. Hi tgħid: “Mhux dejjem inħossni kunfidenti, imma indunajt li nħossni mdejqa biss meta niffoka fuq l-affarijiet negattivi. Issa nagħmel l-eżerċizzju regolarment u niekol tajjeb. Il-bqija kollox jimxi ħarir.”
L-aqwa makeover!
Meta jkollok ħarsa bbilanċjata tad-dehra tiegħek, tħossok (u saħansitra tidher) l-aħjar possibbli. Il-Bibbja tistaʼ tgħin. Din tinkuraġġik biex ikollok:
Kuntentizza. “Aħjar ingawdu dak li għandna milli nixtiequ xi ħaġa oħra għax, bħall-ġiri wara r-riħ, dan ma jagħmilx sens.”—Ekkleżjasti 6:9, Contemporary English Version.
Ħarsa bbilanċjata tal-eżerċizzju. “It-taħriġ tal-ġisem hu taʼ benefiċċju għal ftit.”—1 Timotju 4:8.
Sbuħija ġewwinija. “Il-bniedem jara dak li jidher f’għajnejh; imma Ġeħova jara l-qalb.”—1 Samwel 16:7.
“Il-wiċċ juri kif inħossuna dwarna nfusna. Jekk xi ħadd ikun kuntent, ħaddieħor jinduna u awtomatikament jinġibed lejn dik il-persuna.”—Sarah.
“Is-sbuħija mill-ewwel tolqot l-għajn. Imma l-persuna li int minn ġewwa u l-kwalitajiet tajbin tiegħek huma l-affarijiet li ħaddieħor se jiftakar l-iktar dwarek.”—Phylicia.
Ara wkoll Proverbji 11:22; Kolossin 3:10, 12; 1 Pietru 3:3, 4.