IL-BIBBJA TBIDDEL IL-ĦAJJIET
Huma Sabu l-“Perla taʼ Valur Kbir”
Ġesù għallem li s-Saltna t’Alla se ssolvi l-problemi kollha tan-nies. (Mattew 6:10) F’Mattew 13:44-46, hu ta żewġ eżempji biex juri kemm hi importanti l-verità dwar is-Saltna t’Alla:
Raġel kien qed jaħdem f’għalqa u sab teżor moħbi.
Negozjant li jivvjaġġa biex ifittex perli mill-isbaħ sab perla taʼ valur kbir.
Dawn l-irġiel kienu lesti jbigħu kulma kellhom biex ikollhom it-teżor li sabu. Dawn l-irġiel jirrappreżentaw lin-nies li tant japprezzaw is-Saltna li jkunu lesti jagħmlu sagrifiċċji kbar biex igawdu l-barkiet tagħha. (Luqa 18:29, 30) F’dan il-vidjow ara l-istorja taʼ tnejn min-nies li huma bħall-irġiel fl-eżempji taʼ Ġesù.